L-Università Miftuħa ta’ Ċipru (OUC, imwaqqfa fl-2002) hija Università pubblika għall-edukazzjoni mill-bogħod li toffri tagħlim lill-istudenti li ma jkunux preżenti f’sitwazzjoni edukattiva tradizzjonali. Dan toffrih permezz ta’ infrastruttura teknoloġika mill-aktar avvanzata u metodoloġija edukattiva mill-aqwa. Hija toffri 29 programmi bil-Grieg u bl-Ingliż, f’livelli Undergraduate u Master’s u 10 programmi dottorali lil 8500 student. L-OUC issegwi s-Sistema Ewropea tal-Credit Transfer (ECTS). Riżultat ta’ kollaborazzjonijiet internazzjonali fuq skala kbira, xi studenti jaqsmu l-istudji tagħhom ma’ Universitaijiet f’Ċipru, fil-Greċja u fl-Istati Uniti tal-Amerika.
Aħna naħdmu u nirsistu dwar il-kwistjonijiet ambjentali u soċjali l-iktar attwali u urġenti. Dan nagħmluh billi ninvolvu l-pubbliku direttament permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ proġetti u attivitajiet. Friends of the Earth Malta joħolqu u jieħdu sehem f’kampanji vibranti, joħolqu kuxjenza dwar numru ta’ kwistjonijiet pertinenti nazzjonali u internazzjonali u jimmobilizzaw lin-nies biex jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
In addition, our organisation strives to provide creative solutions that are based on sound knowledge and information, especially through the promotion of alternatives to certain environmental behaviours. And in keeping to our activist roots, Friends of the Earth Malta continuously lobbies, mobilises, and influences the policy community towards a more just and sustainable society.
Ecostack Innovations hija ditta li toffri konsulenza ambjentali. Hija timmira li tqiegħed l-iżvilupp sostenibbli u l-konservazzjoni tal-bijodiversità fiċ-ċentru tal-ħidma, flimkien ma’ organizzazzjonijiet oħrajn u f’żoni differenti.
Il-missjoni tagħna hija li naħdmu id f’id ma’ komunitajiet, negozji, u persuni f’dan il-qasam u flimkien nsawru toroq ġodda lejn is-sostenibbilta’ fost il-kriżijiet globali li għaddejjin minnhom.
Aħna ngħaqqdu flimkien tim espert u multidixxiplinarju biex jieħu ħsieb interventi bbażati fuq in-natura u soluzzjonijiet innovattivi lejn futur iktar aħdar. Flimkien nindirizzaw kwistjonijiet dinjija billi noħolqu toroq lejn is-sostenibbilta’, nqiegħdu fiċ-ċentru tal-ħidma prattiċi li jżommu lin-natura f’moħħna, u noħolqu kuxjenza għal swieq ġodda. Ingħaqad magħna biex nibnu futur pożittiv dwar in-natura li jrawwem komunitajiet reżiljenti u dinja b’saħħitha.