HerpQuest għand Wied Għollieqa
Fit-30 ta’ Ottubru, l-attività bdiet b’seminar maħsub biex jgħin lill-parteċipanti jidentifikaw l-erpetofauna Maltija. Imbagħad dawk li attendew esploraw ir-Riserva Naturali ta’ Wied Għollieqa.
Waqt l-attività, il-parteċipanti mhux biss osservaw il-bijodiversità rikka tal-wied iżda ħadu sehem ukoll fi tindif, u enfasizzaw l-importanza tal-preservazzjoni tal-ħabitats naturali kemm għall-annimali selvaġġi kif ukoll għall-komunità.
Multiplier Event – Malta
Is-sessjoni tal-ġnien tal-komunità hija mmirata lejn ċittadini li jixtiequ jiksbu għarfien dwar it-tkabbir tal-ikel tagħhom stess, anke f'ambjenti urbani. F'dan il-kuntest, u meta wieħed iżomm f'moħħu li l-irqajja' aħdar fil-belt ta' spiss jattiraw speċi ta' annimali selvaġġi, dawk li attendew kellhom l-opportunità jitgħallmu dwar il-proġett HerpTrust, u kif jistgħu jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-herpetofauna. Wara l-preżentazzjoni inizjali tal-proġett, ġie muri l-użu tal-għodod tal-herpetofauna onlajn.
Multiplier Event - Cyprus
L-avveniment multiplikatur finali għal Ċipru sar fit-3 ta’ Novembru, fir-raħal sabiħ ta’ Agia Marina Xyliatou. Matul l-avveniment, il-parteċipanti ġew infurmati dwar l-għanijiet u r-riżultati tal-proġett. Wara l-preżentazzjonijiet, ġie offrut feedback lit-tim HerpTrust ukoll.
Tnedija ta' żoni għat-tibjit tar-rettili
Ħames voluntiera għenu biex jikkreaw u jnedu balel tat-tiben għat-tibjit u l-konservazzjoni tas-Cyprus Grass Snake. Dawn ġew imnedija dil-5 ta' Ottubru. Kienet oppportunità mill-isbaħ biex ċittadini jiltaqgħu, jiddiskutu l-fawna lokali, ifittxu ġlud tas-sriep, u jqattgħu ġurnata barra fin-natura!
Il-Lejla tar-Riċerkaturi f'Ċipru
Fis-27 ta' Settembru sar l-avveniment annwali Ewropew "Il-Lejla tar-Riċerkaturi" f'Nikosija.
F'dan il-kuntest, il-laboratorju tal-Ġestjoni tal-Ekosistemi Terrestri tal-Università Miftuħa ta' Ċipru ppreżenta l-proġetti għaddejjin bħalissa, inkluż il-proġett HerpTrust. Attendew nies ta' kull età li lkoll kellhom iċ-ċans jitgħallmu dwar l-erpetofawna, jiddiskutu mistoqsijiet mat-tim tar-riċerka, u anke ngħataw stikers tal-proġett bħala tikfira tal-attività.
Laqgħat bejn l-organizzazzjonijiet imsieħba "one on one"
Fid-29 ta' Lulju, f'nofs il-proġett, ġew organizzati laqgħat "one on one" bejn OUC u kull organizzazzjoni imsieħba. Kull organizzazzjoni qasmet aġġornamenti, xi intriċċi li setgħu jitfaċċjaw, u proposti għal quddiem.
Permezz ta' dawn il-laqgħat ġew stabbiliti dati ġodda, kienu kkonfermati l-affarijiet li fadal isiru u ġew miftehma l-ħinijiet tal-laqgħat li jmiss.
Avveniment għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ
Avveniment interattiv kien organizzat fid-diga ta’ Delikipos fil-kuntest tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ u msejjes fuq l-objettivi tal-Proġett HerpTrust. Il-parteċipanti kellhom l-opportunità li jitgħallmu dwar l-erpetofawna u dwar aspetti oħra tal-ambjent Ċiprijott permezz ta’ żjarat fi stazzjonijiet imwaqqfa madwar il-post fejn kienu. Numru kbir ta’ persuni tal-lokal ħadu sehem, fosthom studenti tal-bijoloġija u studenti oħrajn tal-Università, familji, fotografi dilettanti u professjonisti tax-xjenzi ambjentali!
Preżentazzjoni tal-Proġett
Il-proġett HerpTrust u l-objettivi tiegħu kienu ppreżentati lill-partijiet interessati fir-raħal ta’ Sotira f’Ċipru. Dan sar matul l-avvenimenti ta’ workshop mifrux fuq jumejn u sessjoni ta’ attivitajiet li saru nhar it-13 u l-14 ta’ April. Il-parteċipanti setgħu jistaqsu mistoqsijiet dwar il-proġett u jagħtu feedback permezz ta’ formoli anonimi.
It-Tielet Laqgħa tal-Proġett
Nhar it-13 ta’ Ġunju saret laqgħa onlajn dwar il-koordinament tal-proġett. Fiha ħadu sehem it-tliet organizzazzjonijiet involuti. Il-progress tal-proġett kien diskuss u evalwat u l-passi li jmiss reġgħu ingħataw ħarsa. L-iskadenzi tal-ħidmiet li jmiss ġew deċiżi biex b’hekk ikun aċċertat li l-ħidmiet tal-proġett jitlestew fiż-żmien stipulat.
Preżentazzjoni lill-Partijiet Interessati Lokali
Nhar it-8 ta’ April 2024, saret preżentazzjoni segwita minn diskussjoni bil-kollaborazzjoni taż-Żgħażagħ mill-Muniċipalità ta’ Paralimni. Il-parteċipanti, uħud preżenti fiżikament u oħrajn onlajn, ingħataw tagħrif dwar l-importanza tal-għadira fil-lokalità tagħom għal Erpetofawna, kif ukoll għas-serp tal-ħaxix ta’ Ċipru, l-ispeċi endemika li tgħix hemm.
Permezz tad-diskussjoni, ħarġu ideat ġodda li jistgħu jittieħdu għal iktar azzjonijiet u kollaborazzjonijiet dwar l-Erpetofawna, bit-tama li dawn iħallu l-frott għall-ġejjieni.
Attivitajiet għall-Istudenti Universitarji
Fil-21 u s-27 ta’ Marzu 2024, saru attivitajiet edukattivi fil-qafas tal-Proġett HerpTrust, għall-istudenti tal-Università Ewropea ta’ Ċipru (EUC).
Fil-kafetterija tal-Università Ewropea ta’ Ċipru, l-istudenti kellhom l-opportunità li josservaw speċi tal-Erpetofawna, kif ukoll li jiddiskutu mar-rappreżentanti tal-proġett.
Fl-istess ħin, b’kollaborazzjoni mal-ħaddiema akkademiċi tal-Università, u b’mod partikolari fil-kuntest tal-korsijiet taż-Żoologija, saru preżentazzjonijiet lill-istudenti tal-Bijoloġija bl-isem ta’ ”Kun af lill-Erpe tiegħek” mill-ewwel modulu tal-korsijiet elettroniċi tal-proġett HerpTrust.
Laqgħa bejn l-Organizzazzjonijiet Imsieħba f’Malta
Fil-21 ta’ Marzu 2024, saret laqgħa tal-proġett HerpTrust, il-Belt Valletta, f’Malta. Matul din il-laqgħa li fiha ppartiċepaw membri mit-tliet organizzazzjonijiet imsieħba fil-proġett, kien diskuss il-progress tal-proġett. Id-diskussjoni ffukat fuq il-materjal edukattiv li qed jitħejja, b’emfażi partikolari fuq il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati involuti. Barra minn hekk saret evalwazzjoni tal-għanijiet li kienu ġew maqbula u ġie ppreżentat il-pjan tax-xogħol għax-xhur li ġejjin.
Preżentazzjoni lill-Partijiet Lokali Ikkonċernati
Fl-14 ta’ Marzu 2024, fil-qafas tal-Proġett HerpTrust, saret preżentazzjoni fil-ċentru tal-kommunità ta’ Sotira, f’Ċipru. Il-preżentazzjoni ffukat fuq speċi endemika lokali li tinsab fl-akwati, is-Serp tal-Ħaxix ta’ Ċipru. Wara l-preżentazzjoni, nies mil-lokal kellhom l-opportunità jiddiskutu suġġetti marbuta mal-Erpetofawna mal-organizzaturi.
Laqgħa dwar it-tieni Attività: Herp Atlas
Fis-26 ta’ Frar, saret laqgħa mal-Ecostack Innovations Limited biex tiġi dikussa t-tieni attività tal-proġett. Din tinkludi l-ħolqien tal-Herp Atlas bil-Malti. Matul il-laqgħa, membri tal-Università Miftuħa ta’ Ċipru, li kienu huma li bdew jimbuttaw il-ħolqien tal-Herp Atlas għal Ċipru, qasmu l-għarfien tagħhom u l-prattiċi tajbin.
Il-laqgħa ta’ Introduzzjoni tal-Proġett f’Nikosija
Fl-24 ta’ Jannar saret preżentazzjoni pubblika ta’ introduzzjoni dwar l-attivitajiet u l-għanijiet tal-proġett. Din saret fil-Librerija tal-Università Miftuħa ta’ Ċipru f’Nikosija.
Il-laqgħa tat-tnedija tal-Proġett
Fl-10 ta’ Jannar, saret il-laqgħa onlajn tat-tnedija. Il-parteċipanti mit-tliet organizazzjonijiet imsieħba fil-proġett kienu preżenti. Ġew diskussi l-iskeda ta’ żmien, l-attivitajiet, u x-xogħol li jrid isir. B’hekk tqiegħdu s-sisien għas-sena d-dieħla, sena mimlija xogħol siewi marbut mal-attivitajiet relatati tal-Proġett.
L-Ewwel Laqgħat mal-Organizzazzjonijiet Imsieħba
Fit-18 u t-22 ta’ Diċembru 2023 saru l-ewwel laqgħat bejn il-koordinatur tal-proġett HerpTrust - l-Università Miftuħa ta’ Ċipru – u ż-żewġ organizazzjonijiet imsieħba Maltin, Friends of the Earth Malta u Ecostacks Innovations. Matul dawn iż-żewġ laqgħat qosra, ġew diskussi d-dettalji tal-proġett u ntagħżlet id-data tal-laqgħa tat-tnedija uffiċjali.