Titlu
L-Akronimu tal-Proġett
In-Numru tal-Proġett
It-Tul tal-Proġett
Insaħħu r-reżiljenza tal-bijodiversità għat-theddid li ġej mill-klima u mill-bniedem, billi nrawmu relazzjoni pożittiva bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna
HerpTrust
2023-1-CY01-KA210-VET-000161577
Tnax-il xahar (12.2023 - 12.2024)
Il-proġett HerpTrust hu mfassal fuq il-Prijoritajiet Orizzontali għall-ambjent u fuq il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tal-programm ERASMUS+. L-għan tal-proġett hu li jinħoloq materjal li jippromwovi interazzjonijiet pożittivi bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna, filwaqt li jagħti l-opportunità liċ-ċittadini flimkien mal-partijiet professjonali ikkonċernati jipparteċipaw fil-ġbir tal-informazzjoni dwar rettili u amfibji, li s’issa għadha nieqsa, kif ukoll jikkontribwixxi għall-ħarsien u l-immaniġjar tagħhom fuq livell lokali.
Il-proġett HerpTrust se jimplimenta ħames attivitajiet b’kollox. L-ewwel attività se tippromwovi interazzjonijiet pożittivi bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna permezz ta’ korsijiet edukattivi, filwaqt li t-tieni attività se tagħti l-opportunità lil-partijiet involuti biex jipparteċipaw f’interazzjonijiet pożittivi bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna permezz ta’ għodda onlajn. Il-pakkett onlajn ta’ replikabbilta’ maħluq fit-tielet attività se jgħin l-interazzjonijiet pożittivi bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna permezz ta’ ġabra ta’ riżorsi u materjal addizzjonali. L-ewwel tliet attivitajiet se jkunu implimentati kemm f’Malta kif ukoll f’Ċipru, u se jkunu promossi aħjar permezz ta’ żewġ attivitajiet multiplikaturi lokali.
Il-proġett jimmira li jipprovdi għodda u materjal ta’ taħriġ edukattiv vokazzjonali dwar l-erpetofawna, li sa issa għadu nieqes. Dan sabiex jitħarrġu madwar 100 persuna li għandhom sehem f’suġġetti marbuta mal-interazzjonijiet pożittivi bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna. Il-materjal imħejji se jolqot lill-gruppi fil-mira u se jkun addattat skont il-ħtieġa, għal Malta u għal Ċipru. Xi eżempji tar-riżultati tal-proġett huma: 1) il-kors onlajn, 2) għodda onlajn għall-osservazzjonijiet tal-erpetofawna, 3) pakkett onlajn ta’ replikabbilta’ b’attivitajiet għal taħriġ edukattiv vokazzjonali li jiffoka fuq interazzjonijiet pożittivi bejn il-Bniedem u l-Erpetofawna. Kollha huma disponibbli fi tliet lingwi (Malti, Grieg u Ingliż).